Dingli Secondary #movingforward
Gwida għall-Ġenituri
Il-ġenituri għandhom rwol important sabiex iżommu lil uliedhom f’saħħithom u siguri kemm jista’ jkun meta jmorru l-iskola. Dawn il-punti għandhom ikunu gwida sabiex nitgħallmu lkoll flimkien nieħdu ħsieb uliedna. #movingforward
Aqra aktar fuq Newsbreak: https://newsbreak.edu.mt/2020/09/14/gwida-ghall-genituri/
Miżuri għall-Ftuħ tal-Iskejjel
Għall-ftuħ tal-iskejjel ser ikunu qed jittieħdu madwar 50 miżura. Fosthom id-dħul fl-iskejjel, il-ħruġ u l-breaks se jitqassmu f’ħinijiet differenti biex ikun hemm kuntatt mill-inqas.
Apparti mill-istudenti u edukaturi, persuni awtorizzati biss se jitħallew jidħlu fl-iskejjel. #movingforward
Aqra aktar fuq Newsbreak: https://newsbreak.edu.mt/2020/09/14/mizuri-ghall-ftuh-tal-iskejjel/
Miżuri u Prekawzjonijiet
Il-persuni awtoriżżati li jidħlu fl-iskejjel iridu jkunu lebsin maskra jew visor, titteħdilhom it-temperatura, jagħmlu l-hand sanitizer u jsegwu l-miżuri kollha. #movingforward
Aqra aktar fuq Newsbreak: https://newsbreak.edu.mt/2020/09/14/mizuri-u-prekawzjonijiet/
Risk Assessment f’kull Skola
Miżura addizzjonali li wettaqna hija li jsir Risk Assessment f’kull skola u dan biex inkunu ċerti li jittieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn. #movingforward
Aqra aktar fuq Newsbreak: https://newsbreak.edu.mt/2020/09/15/risk-assessment-fkull-skola/
Miżuri fil-Klassijiet
Ħadna ħsieb li nimplimentaw id-distanzi u miżuri oħra li tawna parir dwarhom l-awtoritajiet tas-saħħa fil-klassijiet. #movingforward
Aqra aktar fuq Newsbreak: https://newsbreak.edu.mt/2020/09/15/mizuri-fil-klassijiet/
L-Użu tal-Faċilitajiet Sanitarji
L-istudenti għandhom jidħlu fil-faċilitajiet sanitarji b’mod galbat u jagħmlu użu mill-miżuri ta’ mitigazzjoni u iġjene li ġew implimentati. #movingforward
Aqra aktar fuq: https://newsbreak.edu.mt/2020/09/16/7328/
Miżura Biex Jitnaqqas it-Taħlit
Miżura importanti oħra hi li t-tfal iżommu kemm jista’ jkun il-klassijiet tagħhom sabiex jitnaqqas it-taħlit bejn gruppi ta’ tfal. #movingforward
Aqra aktar fuq Newsbreak: https://newsbreak.edu.mt/2020/09/16/isolation-room/
It-Tindif Barra
Fost il-miżuri li qed nimplimentaw fl-iskejjel tagħna, insibu s-sistemi ta’ kif wieħed jipproċedi fiż–żoni komuni u t-tindif tagħhom. #movingforward
Superviżjoni fil-Klassi
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħareġ applikazzjoni għal Superviżjoni fil-Klassi għas-sena skolastika 2020/2021.
Għal aktar dettalji u lista sħiħa segwi fuq: https://newsbreak.edu.mt/2020/09/17/supervizjoni-fil-klassi-ghas-sena-skolastika-2020-2021/
Superviżjoni mal-Wasla fl-Iskejjel
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħareġ applikazzjoni għal Superviżjoni mal-Wasla fl-Iskejjel għas-sena skolastika 2020/2021.
Għal aktar dettalji u lista sħiħa segwi fuq:
https://newsbreak.edu.mt/2020/09/18/arrival-supervision/
Superviżjoni Abbord it-Trasport għall-Iskejjel
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħareġ applikazzjoni għal Superviżjoni Abbord it-Trasport għall-Iskejjel għas-sena skolastika 2020/2021.
https://newsbreak.edu.mt/2020/09/18/supervizjoni-tat-trasport-fl-iskejjel-abbord-ghas-sena-skolastika-2020-2021/
Ser Innaqsu t-Ta ħlit
Għal din is-sena skolastika, il-klassijiet se jkunu tal-istudenti, u se nnaqqsu t-taħlit ta’ ħafna studenti flimkien, f’suġġetti bħall-‘options’, permezz ta’ lezzjonijiet. . #movingforward
Tindif tal-Klassijiet
ll-klassijiet se jitnaddfu regolarment kuljum, se tinżamm id-distanza mitluba filwaqt li jinżammu miftuħin għall-ventilazzjoni li hi meħtieġa. #movingforward
Superviżjoni mal-Wasla fl-Iskejjel
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħareġ applikazzjoni għal Superviżjoni waqt il-ħruġ mill- iskejjel għas-sena skolastika 2020/2021
https://newsbreak.edu.mt/2020/09/18/arrival-supervision/
Ħidma Kollettiva għall-Ftuħ ta’ din is-Sena Skolastika
Il-ħidma għall-ftuħ ta’ din is-sena skolastika, saret mal-imsieħba kollha tas-Settur Edukattiv f’Malta u mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin u barranin.#movingforward
Aqra aktar fuq Newsbreak: https://newsbreak.edu.mt
L-operaturi tat-trasport qed jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa kif mitluba, filwaqt li l-ġenituri għandhom l-għażla li jwasslu huma stess lil uliedhom l-iskola mingħajr ma jitilfu posthom fuq it-trasport li l-Gvern joffrilhom b’xejn.
Transport operators are taking all necessary measures as requested, while parents have the option to take their children to school themselves without losing their place on the transport that the Government offers them for free.
Il-miżuri li qed nieħdu fl-iskejjel tagħna, qed noħduhom biex nipproteġu lil xulxin. Għaldaqstant, importanti li nosservawhom. Nirringrazzjawkom minn qalbna għal dan is-sagrifiċċju li kollha kemm aħna se nagħmlu biex l-edukazzjoni tal-istudenti tagħna tkompli miexja ‘l quddiem.
Measures are being taken in our schools, so that we protect each other. Therefore, it is important to respect and comply with them. We thank you wholeheartedly for all the effort in keeping the education of our students moving forward.
Nappellaw lill-ġenituri u l-kustodji biex jikkoperaw bis-sħiħ mal-iskejjel. Filgħodu jekk taraw li uliedkom ma jifilħux, tibgħatuhomx skola u kkonsultaw lit-tabib tal-familja. L-għajnuna tagħkom hi ferm meħtieġa biex l-edukazzjoni tibqa’ għaddejja. #movingforward
An appeal for parents and guardians to cooperate fully with schools. Do not send your children to school If you see that they are unwell, and consult your family doctor. Your cooperation is very much needed for schools to continue.
Ittieħdu ‘l fuq minn 50 miżura fl-iskejjel kollha ta’ pajjiżna, li fuqhom jsir Risk Assessment biex inserrħu moħħ kulħadd li kull miżura li setgħat tittieħed, inkunu ħadniha . Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom fil-ħidma kontinwa li saret biex mal-ftuħ tal-iskejjel, dawn il-miżuri jkunu kollha f’posthom.
Sejħiet għal Superviżjoni
Ħriġna sejħiet biex issir iktar superviżjoni mill-edukaturi fl-iskejjel tagħna. Dan qed isir biex kemm jista’ jkun, bil-miżuri kollha li qed nieħdu, l-esperjenza fl-iskejjel tagħna tkun waħda tajba u nkunu nistgħu nibqgħu għaddejjin bl-edukazzjoni ta’ kuljum.
We have issued calls for more supervision by educators in our schools. This measure is being taken to ensure that the experience in our schools will be a good one and we will be able to continue with our daily education.
Webinars għall-Ġenituri u l-Edukaturi
Qabel il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel se jsiru żewġ webinars għall-ġenituri u l-edukaturi biex l-Awtorita’ tas-Saħħa Pubblika tispjega kif għandna nieħdu l-aħjar miżuri u nipproteġu lil xulxin.
Two webinars will be held for parents and educators, prior to the reopening of the schools, where the Public Health Authority will be explaining the best measures to take and protect each other.
Investiment Sostanzjali fl-Iskejjel
Sar investiment ta’ madwar €1,000,000 biex inbidlu sitt mitt interactive flat panel fl-klassijiet tagħna flimkien ma’ investiment ta’ €5,000,000 oħra għat-titjib tan-network u l-international bandwidth. Dan kollu sar biex it-tagħlim permezz tat-teknoloġija jissaħħaħ fuq is-snin preċedenti. #movingforward.
https://newsbreak.edu.mt/2020/09/25/investiment-sostanzjali-fit-teknologija-fl-iskejjel/
Laqgħat ta’ Tħejjija mal-Għalliema
Bħala parti mit-tħejjijiet li saru matul ix-xhur u l-ġimgħat li għaddew għall-ftuħ tas-sena skolastika l-ġdida, kien hemm bosta laqgħat għall-għalliema dwar is-sillabi li se jkunu mgħallma dis-sena u kif ukoll taħriġ dwar l-użu ta’ pjattaforma diġitali għat-tagħlim għall-edukaturi, il-ġenituri u l-istudenti. Dan kollu sar sabiex tingħata l-aqwa edukazzjoni possibbli fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom.
There have been several meetings for teachers on the syllabi of this scholastic year as well as training on the use of a digital learning platform for educators, parents and students. All this has been done in order to provide the best possible education in these circumstances.
Miżuri fil-Kmamar tal-Edukaturi
Fil-kmamar tal-edukaturi se tinżamm id-distanza soċjali bejn siġġu u ieħor. Il-bieb u t-twieqi se jkunu miftuħin biex ikun hemm il-ventilazzjoni meħtieġa. Din il-miżura, fost ħafna oħrajn, qed tittieħed biex nipproteġu lill-edukaturi.
#movingforward.
https://newsbreak.edu.mt/2020/09/25/mizuri-fil-kmamar-tal-edukaturi/


